Il-BOV jiftaħ mill-ġdid il-fergħa tal-Marsa

Aġġornat 05:08 PM

Read in English.

Il-Bank of Valletta ħabbar li l-fergħa tal-Marsa ser terġa tiftaħ minn għada s-Sibt 12 ta’ Diċembru.

Il-fergħa kienet temporanjament magħluqa wara li impjegat irriżulta pożittiv għall-COVID-19. Wara li l-Bank qabbad speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-fergħa tal-bank, din ġiet ikkonfermata sikura sabiex tinfetaħ mill-ġdid.

Fi stqarrija l-bank ħeġġeġ biex qabel iżuru fergħa in-nies jiċċekkjaw jekk dik il-fergħa tal-bank ġietx milquta billi jżuru dan is-sit: https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Filwaqt li skuża ruħu għal kull inkonvenjent, il-Bank wassal appell lill-klijenti:

  • Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.
  • Klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq info@bov.com sabiex jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom.
  • Meta żżuru l-bank ħudu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, ilbsu l-maskri kif suppost u użaw sanitiser.