Il-BOV se jkollu preżenza f’Londra

Matul ix-xhur li ġejjin, il-Bank of Valletta se jkun qed jiftaħ uffiċċju ġdid fiċ-ċentru ta’ Londra. Dan tħabbar mis-Sur Deo Scerri, iċ-Chairman tal-Grupp BOV, matul żjara reċenti fil-kapitali kosmopolitana. Fi stqarrija, is-Sur Deo Scerri qal, “Il-preżenza tagħna f’Londra tagħmel sens strateġiku u kummerċjali għall-Bank of Valletta. Aħna nħossu li dan il-pass huwa konformi mal-pjanijiet tagħna li nsaħħu l-preżenza internazzjonali tal-Bank u li nżidu l-viżibilità tal-Bank f’postijiet ta’ importanza strateġika.”
L-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-BOV f’Londra se jkun ir-raba’ wieħed fin-netwerk tal-uffiċċji tal-Bank li jinkludi uffiċċji fil-Belġju, fl-Italja u fil-Libja (temporanjament magħluq). L-Uffiċċju l-ġdid tal-BOV f’Londra huwa mistenni li jkun operattiv sa Marzu 2018.