Read in English.
Il-Bank of Valletta ħabbret li minn nhar it-Tnejn li ġej se terġa’ tiftaħ il-fergha f’Tal-Ibraġ. Il-fergħa msemmija ingħalqet fuq miżura prekawzjonali kontra t-tixrid tal-COVID 19, wara li persuna impjegata mal-Bank ħassitha ma tiflaħx.
Il-Bank assigura lill-klijenti tiegħu li saru t-testijiet kollha meħtieġa u l-istess testijiet irriżultaw fin-negattiv, u għaldaqstant l-istess fergħa ġiet ddikjarata sigura biex tiftaħ għall-pubbliku.
Dan ma jnaqqas xejn mill-miżuri li l-bank qed ikompli jieħu fl-interess tal-klijenti u l-impjegati waqt li jibqa’ jinkoraġixxi l-użu ta’ mezzi diġitali għall-pagamenti u ġbid ta’ flus kontanti. Il-Bank ħeġġeġ ukoll biex il-fergħat jintużaw biss f’kazijiet urġenti ta’ bżonnijiet bankarji.
Barra minn hekk, il-bank talab lill-klijenti biex jirrispettaw is-saħħa ta’ xulxin u li jżommu d-distanza ta’ mill-inqas metru waqt li jkunu fil-kju.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.