Il-BOV Malta Tennis Masters Tournament f’Diċembru

Jirritorna il-Ladies Top 6 Tournament

Il-BOV Malta Tennis Masters Tournament, ikkontestat mill-aqwa 8 plejers irġiel tat-tennis se jintlagħab bejn is-7 u t-13 ta’ Diċembru 2020 fil-Marsa Sports Club. Il-BOV Ladies Top 6 Tournament, li l-aħħar edizzjoni tiegħu kienet fl-2016 se jirritorna għal dak li sar bonanza ta’tennis lokali lejn l-aħħar tas-sena.

Il-Kampjonat tal-Irġiel se jara lill-plejers maqsuma f’żewġ gruppi, bl-aqwa 2 plejers minn kull grupp jikkontestaw is-semifinali, bil-finali ssir nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2020. Il-kampjonat tan-nisa wkoll se jara lill-plejers maqsuma f’2 gruppi ta’ 3 plejers, bl-aqwa żewġ plejers jipproċedu għas-semifinali.

Il-Players numru wieħed f’Malta Matthew Asciak u Jessica Dimech se jkunu qed jieħdu sehem. Asciak iddomina dan it-turnew u rebaħ kull edizzjoni li pparteċipa fiha ħlief waħda, fejn kellu jirtira minħabba injury. Elaine Genovese, li rebħet l-aħħar edizzjoni fl-2016 ukoll ikkonfermat il-parteċipazzjoni tagħha.

Dr David Farrugia Sacco, President tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis iddikjara li minkejja sena ta’ sfidi kbar, Il-Kampjonati kollha tal-MTF intlagħbu u din is-sena qed naraw ir-ritorn tant mistenni tal-kampjonat tan-Nisa. Il-plejers stabbiliti bħal Matthew Asciak u Elaine Genovese se jkunu sfidati minn mhux inqas minn ħames plejers junior kull wieħed

‘Il-BOV Tennis Masters sar avveniment fiss fil-kalendarju tal-Bank of Valletta u aħna kuntenti li naraw ir-ritorn tal-kampjonat tan-nisa din is-sena,’ qal Charles Azzopardi, Eżekuttiv PR and Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta. ‘Dan il-kampjonat jesponi l-aqwa talenti ta’ Malta fit-Tennis u nistennew bil-ħerqa li nsegwu mill-qrib il-kampjonat u nikkurunaw liċ-champions fit-13 ta ’Diċembru.’

Hawn taħt issibu l-gruppi kif ukoll il-logħbiet tal-ewwel ġurnata tal-kampjonati:

Irġiel Grupp 1Irġiel Grupp 1
Matthew AsciakLiam Delicata
Matthew Cassar TorreggianiDenzil Agius
Nicholas DegaetanoAlex Degabriele
Ben FarrugiaZak Zammit
   
Nisa Grupp 1Nisa Grupp 1
Elaine GenoveseElisa Buhagiar
Kayleigh BusuttilEmma Montebello
Betha Anne MayoEmma-Lynn Mifsud

It-Tnejn 7 ta’ Diċembru

Court 1

5.30pm – M. Asciak Vs N. Degaetano

Issegwi: B. Farrugia vs M. Cassar Torreggiani

Court 2

5.30pm -L. Delicata vs D. Agius

Issegwi – A.Degabriele Vs Zak Zammit

Court 3

5.30pm – E. Genovese vs K. Busuttil

Court 4

5.30pm E. Buhagiar vs Emma Lynn Mifsud

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).