Il-BOV ma jweġibx għaliex waqqaf it-tranżazzjonijiet; Il-Gvern jgħid li ma jindaħalx

Wara li l-Bank of Valletta ma weġibx għaliex twaqqfu ħesrem it-tranżazzjonijiet bejn kontijiet tiegħu u kontijiet tal-Coinbaseu jekk din id-deċiżjoni kinitx waħda interna jew imposta, il-Gvern ħareġ stqarrija u qal li hu ma jinterferix mal-politika operattiva tal-banek individwali.  
Il-Gvern fisser li qed jaħdem fuq regolamenti dwar il-cryptocurrency filwaqt li qal li se joħroġ dokument għad-diskussjoni mill-iktar fis.
Sadanittant, il-kelliema għall-Bank qalet biss li din kienet deċiżjoni tal-Bank skont id-direzzjonijiet regolatorji u l-esiġenzi tiegħu. Qalet ukoll li l-bank qed ikompli jsegwi mill-qrib l-iżviluppi f’dan il-qasam u li se jkompli jirrevedi l-politika tal-bank skont il-ħtieġa.
Coinbase hija kumpanija li tbigħ il-Bitcoin, munita diġitali fejn wieħed jixtri ammont ta' din il-munita permezz ta' ħlas ta' flus tradizzjonali. 
Wieħed jista’ jakkwista bitcoin billi jiftaħ Bitcoin Wallet permezz ta’ apps onlajn. Il-Bitcoin Wallet qisu app fil-mowbajl, li minnu mbagħad tixtri l-bitcoins mingħand kumpaniji li joffru l-bejgħ tal-munita. 
Għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mtil-kelliema bagħtet biss risposta ġenerika mingħajr tweġiba għad-domandi.
Kienu bosta l-persuni li rrikorrew fuq il-midja soċjali  u qalu li t-tranżazzjonijiet tagħhom ġew imwaqqfa. Dan ifisser li klijenti mhux qed jitħallew jixtru cryptocurrencies bħalma hi l-Bitcoin.
Cryptocurrencies huma sistema monetarji diġitali. 
Minbarra l-BOV aktar kmieni dan ix-xahar, l-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority) (l-ESMA) wissiet lill-investituri dwar ir-riskji kbar tax-xiri ta' dawn il-minuti. 
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kemm-il darba inkoraġġixxa l-introduzzjoni tal-cryptocurrencyFost l-oħrajn waqt konferenza fi Brussell, kien saħaq li l-Ewropa għandha ssir kontinent tal-bitcoin.