Il-BOV jipparteċipa fil-Ġimgħa Ewropea għar-Riċiklaġġ tal-Iskart

Il-Bank of Valletta se jkun qed jipparteċipa fil-Ġimgħa Ewropea għar-Riċiklaġġ tal-Iskart li se tkun qed issir bejn il-21 u d-29 ta’ Novembru 2015.
B’waħda mill-ikbar forzi tax-xogħol f’Malta, u netwerk estensiv ta’ fergħat u uffiċċji madwar Malta u Għawdex, il-Bank of Valletta jiġġenera ammont konsiderevoli ta’ skart li tradizzjonalment kien jispiċċa f’miżbliet.
Madankollu, bħala l-Bank Ekoloġiku ta’ Malta, il-Bank of Valletta ta bidu għal kampanja biex jestendi l-ħajja ta’ skart elettriku u elettroniku mhux użat jew mhux bżonjuż biex din taħbat mal-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart.
“Minbarra l-iskart elettroniku ġġenerat mill-proċessi tagħna, aħna qed nistiednu lill-forza tax-xogħol b’saħħitha tagħna, magħmula minn madwar 1,500 impjegat u impjegata, biex tipparteċipa u ġġib l-iskart elettroniku tagħha li eventwalment ikun qed jingħata t-tieni lokazzjoni fuq il-ħajja” qal is-Sur Mark Marmara, Maniġer Ekoloġiku tal-Bank of Valletta.