Il-BOV jimplimenta ħafna suġġerimenti li għamlulu l-impjegati tiegħu stess

25% minn dawn is-suġġerimenti diġà ġew approvati u qed jiġu implimentati mill-Bank.
Meta kien qed jitkellem fuq din l-iskema waqt ċerimonja li ppremjat lill-kontributuri prinċipali ta’ din is-sena, Charles Borg, Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, spjega li l-impjegati, speċjalment dawk li jiltaqgħu mal-klijenti, huma mistiedna jidentifikaw soluzzjonijiet effettivi biex ikunu mtejba l-proċessi li bihom il-Bank jipprovdi s-servizz lill-klijenti. 
Huwa spjega wkoll li dawn l-iskemi spiss iwasslu għal-livelli għolja ta’ parteċipazzjoni mill-impjegati u jgħolli l-livelli ta’ motivazzjoni tagħhom.
Sentejn ilu, l-iskema tas-suġġerimenti tal-impjegati tal-Bank kienu riveduta b’mod estensiv, u issa ġġib l-isem ta’ BOV Employee Engagement scheme (B.E.E).
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.