Il-BOV jilqa’ lil The Atrium fil-Loyalty Rewards Programme

The Atrium huwa l-aħħar wieħed fis-serje ta’ msieħba li ngħaqdu fil-BOV Loyalty Rewards Programme.
Il-Programm huwa ddisinjat biex joffri valur miżjud lid-detenturi tal-karti ta’ kreditu premium tal-Bank u huwa karatteristika ewlenija fil-propożizzjoni ta’ valur tal-Bank. Kelliemi għall-BOV qal li l-Bank għandu l-ħsieb li jkompli jiżviluppa din l-iskema ta’ lealtà, billi jżid iżjed imsieħba u b’hekk jipprovdi iżjed għażliet attraenti għall-klijenti biex isarrfu l-punti tal-BOV tagħhom.
Il-punti jinkisbu b’mod awtomatiku ma’ kull tranżazzjoni li ssir. Id-detentur tal-kard jirċievi bilanċ aġġornat tal-punti tiegħu ma’ kull rendikont ta’ kull xahar tal-kard. Dawn il-punti jistgħu mbagħad jissarrfu għand l-imsieħba li joffru servizzi.
Il-BOV Loyalty Rewards Programme jippremja punt wieħed għal kull €1 li tintefaq meta x-xiri jsir bil-BOV Visa Platinum, BOV VISA Gold jew permess tal-BOV Skypass. Il-parteċipazzjoni fil-Programm hija awtomatika u mingħajr ħlas.