Il-BOV jiftaħ mill-ġdid il-fergħat ta’ Ħaż-Żabbar u San Pawl il-Baħar

BOV

Read in English.

Il-fergħat tal-BOV ta’ Ħaż-Żabbar u San Pawl il-Baħar se jkunu qed jinfetħu mill-ġdid. Dan tħabbar mill-bank illum.

Il-fergħa ta’ Ħaż-Żabbar ingħalqet temporanjament wara li kien hemm ħaddiem li ħareġ pożittiv għall-coronavirus. Il-fergħa ġiet diżinfettata u l-awtoritajiet tas-saħħa issa taw il-permess li din terġa’ tinfetaħ minn għada.

Intant, il-fergħa ta’ San Pawl il-Baħar, se tkun qed tinfetaħ mill-ġdid wara li kellha tingħalaq b’urġenza minħabba xogħolijiet li kellhom isiru kawża ta’ ilmijiet fiż-żona fejn tinsab il-fergħa.

Fi stqarrija, il-BOV irringrazzja lill-klijenti tas-sapport u talli fehmu s-sitwazzjoni. Il-bank sostna li se jibqa’ kommess lejn is-sigurta u s-saħħa tal-klijenti u l-ħaddiema tiegħu.

Il-klijenti qed ikunu nkoraġġuti biex jiċċekkjaw jekk il-fergħa tagħhom intlaqtitx mill-coronavirus jew le fuq is-sit tal-bank.