Il-BOV jiftaħ il-fergħa ta’ Ħal Qormi

BOV-Qormi
Google Maps

Read in English.

Il-Bank of Valletta (BOV) se jiftaħ il-fergħa ta’ Ħal Qormi mill-ġdid mill-lum.

Dan wara li kienet temporanjament magħluqa wara li impjegat irriżulta pożittiv għall-COVID-19. Il-Bank ingaġġa speċjalisti fil-kontroll tal-prevenzjoni tal-infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-Fergħa. L-Awtoritajiet tas-Saħħa taw il-konferma tagħhom li l-Fergħa hija sikura sabiex tinfetaħ mill-ġdid.

Il-bank ħeġġeġ il-klijenti biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.

Barra minn hekk, qed jitlob li l-klijenti jċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu email fuq info@bov.com sabiex jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom, għal servizzi bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda.

Il-bank ħeġġeġ il-klijenti tiegħu biex jiċċekkjaw kif inhuma milquta l-fergħat tagħhom fuq is-sit tal-BOV.