Il-BOV jagħlaq il-fergħa tal-Gżira minħabba l-coronavirus

Read in English.

Il-Bank of Valletta ħabbar l-għeluq temporanju tal-fergħa tal-Gżira minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Illejla tħabbar li din hija miżura prekawzjonarja kontra l-Covid-19, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u s-saħħa kemm tal-klijenti kif ukoll tal-impjegati tal-bank.

Il-klijenti ntalbu jużaw l-ATM li tinstab ma’ din il-fergħa jew kwalunkwe ATM oħra tal-Bank of Valletta madwar Malta u Għawdex.

Il-bank skuża ruħu għal kull inkonvenjent lill-klijenti tiegħu.