Il-BOV iħeġġeġ lill-klijenti biex jużaw mezzi elettroniċi

Wara l-iżviluppi riċenti relatati ma’ COVID-19, il-Bank of Valletta qed iħeġġeġ lill-klijenti biex iżuru l-Bank biss f’każijiet urġenti.

Il-klijenti huma mħeġġa sabiex jużaw il-firxa wiesgħa ta’ mezzi elettroniċi tal-Bank, kif ġej hawn taħt:

  • Ħallas bil-BOV Contactless Cards u BOV Pay
  • Iġbed il-flus mill-ATMs
  • Iddepożita l-flus u ċ-ċekkijiet permezz tal-ATMs u l-faċilità tan-Nightsafe Deposits
  • Wettaq tranżazzjonijiet bankarji permezz tal-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking u l-Customer Service Centre

Il-Bank of Valletta qed isegwi s-sitwazzjoni fuq bażi kontinwa f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa u se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jissalvagwardja lill-klijenti u l-impjegati tiegħu.

Il-Bank se jkompli jikkomunika f’kaz ta’ bidliet oħra, skont kif tinbidel is-sitwazzjoni.