Suġġeriment tal-BOV għal meta tixtri bil-card

Klijenti jistgħu jagħżlu li ma jieħdux irċevuta mill-EPOS

Read in English.

Il-Bank of Valletta issa qed joffri lill-klijenti tiegħu l-għażla li ma jieħdux riċevuta stampata għal tranżazzjonijiet bil-kard li jsiru permezz tal-EPOS.

L-irċevuta tal-karti li normalment tintefa fil-kartiera jew fil-but, u ftit wara tintrema forsi m tidhirx bħala theddida għall-ambjent, sakemm wieħed jirrealizza li din il-karta żgħira hija waħda biss minn eluf u eluf ta’ rċevuti kull sena jżidu mal-problema lokali tar-rimi tal-iskart.

L-irċevuti ta’ transazzjoni EPOS huma stampati fuq karta termika. Minkejja li huwa materjal riċiklabbli, il-karta termika teħtieġ livell ogħla ta’ enerġija minn karta normali biex tiġi riċiklata u b’hekk tkompli tkabbar il-ħsara ambjentali.

Fl-isforz kontinwu tiegħu biex iżid il-miżuri favur l-ambjent, il-BOV implimenta proċess effiċjenti li bih il-cardholder li jaffettwa tranżazzjoni bil-kard minn fuq EPOS tal-Bank of Valletta jingħata l-għażla ma’ jieħux irċevuta stampata. Permezz ta’ dan il-proċess sempliċi, l-EPOS tal-BOV tagħti l-għażla lill-klijent jekk iridx irċevuta stampata jew le. Il-BOV qed iħeġġeġ lill-klijent tiegħu biex ‘jegħlbu l-irċevuta’ u jagħżlu li ma jeħduhiex.

‘Din l-inizjattiva tnediet f’ċertu stabbilimenti fl-eqqel tal-pandemija u ntlaqgħet tajjeb ħafna kemm min-negozjanti kif ukoll mill-Cardholders. Minbarra l-vantaġġ ovvju li tnaqqas l-użu ta’ tunnellati ta’ karta kull sena, li ħafna minnhom jispiċċaw fil-faċilitajiet tal-iskart, din l-inizjattiva se tnaqqas l-għoti ta’ irċevuti mingħand in-negozjanti lill-klijenti f’dan iż-żmien meta kulħadd għadu qed ikun kawt ħafna dwar it-tixrid ta’ COVID-19, ‘ qal Franco Xuereb, Eżekuttiv, Electronic Banking Unit fi ħdan il-Bank of Valletta. ‘Il-Cardholders xorta se jkollhom l-għażla li jiksbu riċevuta stampata jekk dan ikun meħtieġ, imma aħna nħeġġu lill-klijenti tagħna biex ipoġġu l-ambjent u s-saħħa tagħhom fuq quddiem u jagħżlu li ma jieħdux irċevuta. Inbidel ukoll il-format tal-irċevuta upermezz ta’ dan, l-irċevuta ċkienet b’terz tad-daqs tagħha biex b’hekk tnaqqas l-użu tal-karta. It-tranżazzjonijiet kollha mwettqa permezz ta cards tal-Bank of Valletta kollha jkunu jidhru fiq is servizzi tal-BOV Internet u BOV Mobile Banking.’

‘Għeleb l-Irċevuta’ tikkontribwixxi lejn din il-kawża favur l-ambjent.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).