Il-BOV bl-aktar sett riċenti ta’ BOV MasterCard Prepaid Cards

Il-Bank of Valletta reċentement ħareġ l-aħħar sett ta’ erba’ motivi għall-BOV MasterCard Prepaid Cards tiegħu. Dawn juru l-ġmiel tal-għasafar tal-priża li nsibu fil-gżejjer Maltin, b’dan ikun ir-raba’ sett tematiku mniedi mill-Bank of Valletta sa mill-ewwel prepaid cards li ġew introdotti madwar Malta u Għawdex.
Bħal fl-ewwel sett, Natalino Fenech kien l-għajn wara l-lenti li qabdet il-ġmiel tal-astun aħmar, is-seqer ta’ denbu, l-ispanjulett sekond u l-bies fl-abitat naturali tagħhom.
Kull waħda mill-erba’ kards hija marbuta ma’ għasfur tal-priża speċifiku. Il-kards jistgħu jinxtraw individwalment jew bħala sett limitat. Dawn jiġu f’denominazzjonijiet differenti, li jvarjaw minn €50, €75, €100 u €150. Il-kards jistgħu jinkisbu minn kwalunkwe fergħa tal-BOV.