Il-BOV b’upgrade tas-software tal-operat tiegħu

Il-Bank qed jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex ikompli joffri s-servizzi kollha tiegħu bla ebda interruzzjoni waqt il-perjodu ta’ dan l-upgrade.
Għaldaqstant waqt ix-xogħlijiet, id-depożiti ta’ flus u ċekkijiet f’ħin reali fl-ATMs tal-Bank mhux se jkunu disponibbli. Il-funzjonijiet l-oħra tal-ATM mhux se jkunu affettwati.
Barra minn hekk, is-servizzi tal-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking mhux se jkunu aċċessibbli għal ħin qasir matul il-perjodu tal-upgrade.
Fi stqarrija, il-Bank qal li s-servizz ta’ BOV Mobile Top Up se jkun aċċessibbli biss mill-ATMs tal-Bank waqt li s-servizzi ta’ pagamenti mill-BOV Mobile Pay mhux se jkun aċċessibbli tul il-perjodu kollu ta’ dan l-upgrade.
It-transazzjonijiet li se jsiru mill-klijenti, sew mill-ATMs, mill-BOV Internet Banking u mill-BOV Mobile Banking waqt il-perjodu tal-upgrade se jiġu proċessati u valutati nhar it-Tnejn 19 ta’ Jannar waqt li l-flus depożitati f’kards tal-kreditu bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġej, se jkunu disponibbli nhar it-Tnejn 19 ta’ Jannar 2015.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .