Il-BOV b’ servizz estiż matul din ix-xitwa

Hekk kif intemm is-sajf u bdiet dieħla x-xitwa, il-BOV ħabbar li għaxra mill-fergħat tiegħu madwar Malta u Għawdex se jkunu qed joffru servizz estiż matul ġranet speċifiċi tal-ġimgħa.
L-iskeda għax-xhur tax-xitwa se tibda minn nhar it-Tnejn, 2 ta’ Ottubru 2017. Il-fergħat li ġejjin se jkunu miftuħa għall-pubbliku bejn l-16.30 u s-19.00.

It-TnejnNaxxar
It-TlietaMosta u Żejtun
L-ErbgħaIr-Rabat, Għawdex u Ħaż-Żebbuġ
Il-ĦamisSan Ġwann
Il-ĠimgħaIl-Mosta, is-Siġġiewi, Tas-Sliema (Qui si-Sana), Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żurrieq

 
Meta tkellem dwar is-servizz estiż li se jkun qed jiġi offrut matul ix-xhur tax-xitwa, Geoffrey Ghigo, Kap tar-Retail Network tal-Bank qal li, “Is-servizz estiż ġie introdott snin ilu sabiex jakkomoda l-istil ta’ ħajja mgħaġġel tal-klijenti. Matul il-perjodu ta’ waranofsinhar, l-impjegati tagħna se jkunu jistgħu jgħinu lill-klijenti fir-rigward ta’ bancassurance, l-istockbroking u s-servizzi ta’ skemi ta’ investimenti kollettivi, kif ukoll fir-rigward tal-firxa kollha tal-prodotti ta’ self personali u ta’ self fuq id-djar. Wieħed jista’ jistaqsi wkoll dwar is-soluzzjonijiet bankarji self-service li jinkludu l-karti tal-kreditu u tad-debitu, kif ukoll il-BOV 24X7 Services li jinkludi l-Internet u l-Mobile Banking.”
Is-servizz tal-kaxxiera mhux se jkun qed jiġi offrut f’dan il-ħin. Il-klijenti huma mħeġġa jagħmlu appuntament meta jżuru l-fergħat f’dan il-ħin, għaliex se tingħata prijorità lill-klijenti li jkunu għamlu appuntament minn qabel.