Il-BOV 3D Secure tipproteġi lis-sidien ta’ kards tal-BOV

B’kollaborazzjoni ma’ VISA u MasterCard, il-BOV 3D Secure hu servizz disponibbli awtomatikament u mingħajr l-ebda ħlas għas-sidien kollha ta’ kards ta’ BOV meta jixtru onlajn. 
Meta sid ta’ kard iħallas onlajn f’wieħed mill-ħwienet li qed jipparteċipaw, dan jirċievi messaġġ mill-BOV, li javżah li se jkun qed jirċievi kodiċi fuq il-mowbajl personali tiegħu. 
Dan il-kodiċi mbagħad jiddaħħal minn sid il-kard meta jkun qed iħallas, u b’hekk it-tranżazzjoni tiġi awtentifikata. 
Din it-teknoloġija tagħraf b’mod awtomatiku l-kards kollha ta’ BOV VISA u MasterCard meta dawn jintużaw fi ħwienet onlajn li qed jipparteċipaw f’din l-iskema.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .