Read in English.
Il-Borża ta’ New York se tissospendi u bdiet il-proċeduri biex tneħħi tliet kumpaniji tal-telekomunikazzjoni ċiniżi fuq suspetti li dawn huma marbuta mal-militar ċiniż.
China Mobile, China Telecom and China Unicom Hong Kong kollha kien taħt il-mira tal-amministrazzjoni Trump.
L-ishma tagħhom se jkunu sospiżi minn fuq il-New York Stock Exchange l-ġimgħa d-dieħla waqt li l-proċeduri għat-tneħħija tagħhom bdiet.
It-tneħħija ta’ dawn il-kumpaniji hija iktar simbolika hekk kif t-tensjonijiet ġeo-politiċi bejn iċ-Ċina u l-Amerika leħqu livelli għoljin.
L-attività għal dawn it-tliet kumpaniji fl-istock exchange ta’ New York huma limitati ħafna mqabbla mal-listings f’Hong Kong.