Il-Borża ta’ Malta tfakkar 25 sena b’wirja kollettiva

Il-Borża ta’ Malta din is-sena tagħlaq 25 sena.
Għall-okkażjoni, fil-binja tagħna fi Pjazza Kastilja fil-Belt Valletta, se tiġi organizzata wirja tal-arti kollettiva, bl-isem "Of Spatial Concerns", li se tiġi inawgurata mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, nhar it-2 ta’ Mejju.
Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-15 ta’ Ġunju.
B’kollox se jieħdu sehem disa’ artisti: Adrian Abela, Adrian Scicluna, Charles Paul Azzopardi, George Mario Attard, John Cascun, Kane Cali, Mario Abela, Matthew Schembri u Robert Zahra.