Il-Borża ta’ Malta testendi l-ħinijiet tal-kummerċ

Il-Borża ta’ Malta estendiet il-ħinijiet tal-kummerċ bi tliet sigħat.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-estensjoni tinkoraġġixxi aktar kummerċ u tqarreb lill-Borża ma’ standards ta’ swieq internazzjonali.
Ġie spjegat li tul il-25 sena li ilha topera, il-Borża ta’ Malta kienet tiftaħ għall-kummerċ tliet sigħat kuljum biss.
B’hekk issa l-Borża ta’ Malta se tibda tkun miftuħa mid-9am sat-3.30pm.

Ritratt: DOI: Clifton Fenech