Il-borża l-bajda, ir-riċiklaġġ u l-kunsilli lokali

Il-borża l-bajda lif iha se jibda jinġabar l-iskart organiku, il-ħtieġa li nirriċiklaw u l-kunsilli lokali kienu wħud mit-temi msemmija waqt tindifa ta’ post pubbliku mwettqa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis, u l-bqija tas-segretarjat naddfu post pubbliku, u fil-kelmtejn ta’ wara Parnis qal li l-kollegi tiegħu xtaqu jwasslu messaġġ flimkien.
“Meta wieħed jirriċikla jkun qiegħed jikkonverti prodotti qodma fi prodotti ġodda u utli. F’kelma waħda jkun qiegħed jagħmel xi ħaġa pożittiva għall-ambjent għaliex ikun qiegħed jibża’ għar-riżorsi u jibgħat anqas skart fil-miżbliet”, sostna s-Segretarju Parlamentari.
Temm itenni li l-kunsilli joffru servizz ta’ ġbir ta’ skart goff bla ħlas kif ukoll ġbir ta’ skart riċiklabbli u għalhekk appella biex ħadd ma jibqa’ jarmi skart f’postijiet pubbliċi u biex kulħadd jibda jissepera l-iskart għaliex hekk biss jista’ verament ikun hawn pajjiż nadif.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo