Il-borma tan-nanna fl-Awstralja tirbaħ bil-brunġiel u kejk

It-tim Il-borma tan-Nanna sajjar brunġiel mimli u kejk bil-Kinnie, u bihom rebaħ il-kompetizzjoni 2014 Maltese Cook Off li saret f’Melbourne fl-Awstralja.
Il-borma tan-Nanna huwa magħmul minn Emmanuel Cilia, bintu Tanya u n-neputija Nadia Sammut.
Din il-kompetizzjoni ttellgħet għar-raba’ sena konsekuttiva mill-grupp komunitarju li jġib l-isem ta’ Nisġa.
Fit-tieni u t-tielet post ġew familja mill-Isla li sajru qaqoċċ mimli u stuffat tal-fenek, u The Maltesers li ppreparaw ross il-forn u prinjolata.
B’kollox ipparteċipaw 10 timijiet, kull wieħed magħmul minn tliet persuni.