Il-bord tal-inkjesta għandu jgawdi l-fiduċja tal-familja ta’ Daphne – PN

Read in English.

Il-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni ddikjara li l-membri maħtura tal-bord tal-inkjesta dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għandhom igawdu l-fiduċja tal-familja tal-ġurnalista.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-grupp parlamentari qabel unanimament mal-ħatra tal-Imħallef Emeritus Michael Mallia iżda, indipendentement mill-ħiliet professjonali u l-integrità tagħhom, ma’ tistgħax taqbel mal-ħatra ta’ Profs. Ian Refalo u ta’ Dr. Anthony Abela Medici bħala membri għal diversi raġunijiet.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar il-membri tal-bord tal-inkjesta ftit jiem qabel ma għalaq it-terminu ta’ tliet xhur li ġie stabbilit mill-Kunsill tal-Ewropa. Il-familja Caruana Galizia kienet immedjatament esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-membri u talbeq laqgħa mal-Prim Ministru. Il-familja enfasizzat li l-ġustizzja titlob li l-membri tal-bord m’għandux ikollhom rabtiet finanzjarji jew politiċi mal-amministrazzjoni attwali.