“Il-Bord tal-FIAU jaf ma ġiex maħtur kif suppost” – President ta’ Repubblika

"Il-Pulizija u l-Ministeru għall-Finanzi mhux ituni aċċess għad-dokumenti"

Il-President-elett tal-għaqda ċivili Repubblika, Robert Aquilina, issottometta ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Dan wara li ma ngħatalux aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Korp tal-Pulizija u l-Ministeru għall-Finanzi. Aquilina saħaq li l-interess pubbliku għal dawn id-dokumenti huwa ċar, sabiex ikun jista’ jivverifika jekk il-Ministru għall-Finanzi ħatarx il-membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU b’mod validu.

Huwa għamel żewġ talbiet għal dokumenti li juru l-listi tal-persuni nominati għal Bord tal-Gvernaturi tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU. Fost dawk nominati kien hemm Silvio Valletta, u kien il-Kummissarju tal-Pulizija li ta din il-lista lil Ministru għall-Finanzi mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem. Iż-żewġ talbiet għad-dokumenti ġew miċħuda.

L-ilment huwa bbażat fuq dawn il-prinċipji:

  • L-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt uman, u Malta obbligata tħarsu.
  • L-eċċezzjoni dwar li ma jistgħux jiġu żvelati dokumenti internali għax-xogħol hawnhekk m’għandhix tgħodd. Din l-eċċezzjoni tinsab f’Artiklu 36 (1).
  • Irid ikun hemm provi ta’ ħsara biex tapplika l-eċċezzjoni ta’ Artiklu 38 (c) fuq dokumenti li jikkonċernaw awtoritajiet pubbliċi.
  • Hemm interess pubbliku ċar fit-talba għal dawn id-dokumenti.
  • Ma kienx hemm bilanċ ġust bejn id-dritt għall-aċċess u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.
  • Aċċess parzjali ma ġiex kunsidrat.

Aquilina jissuspetta li l-ħatra ma kenitx valida minħabba li Silvio Valletta kellu relazzjoni fil-qrib ħafna u allegatament kien qed jaħdem mal-allegat moħħ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Barra minn hekk, ġie maħtur fil-Bord fi Frar tal-2014, u għat-tieni darba f’Jannar tal-2017, sakemm kien miżżewweġ lis-Segretarja Parlamentari (iżjed tard, Ministru) Justyne Caruana. Sakemm Valletta kien fil-Bord, impjegati fl-FIAU kienu qed ifittxu ħjiel ta’ ħasil tal-flus fost l-ogħla membri tal-Gvern, sakemm martu kienet Ministru. Barra minn hekk, matul is-snin li kien fuq il-Bord, żewġ uffiċċjali għolja twaqqfilhom l-impjieg ftit jiem biss wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017. Dan eżatt wara li l-Ministru għall-Finanzi staqsa pubblikament jekk ċertu rapporti tal-FIAU ġew miktuba apposta biex jiġu żvelati. Dan ġara erba’ xhur wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Aquilina ssottometta l-ilment fuq bażi personali għax għaqdiet ma jistgħux jagħmlu talba għall-aċċess tal-informazzjoni. Huwa għandu għajnuna wkoll minn Access Info Europe, organizazzjoni tad-drittijiet umani bbażata f’Madrid.