Il-bord sigriet ta’ Konrad Mizzi

Il-Ministru Konrad Mizzi żamm sigriet mill-Parlament l-ismijiet tal-Bord li rrakkommanda lill-Gvern li jinbiegħ l-Isptar San Luqa lil Vitals Global Healthcare.

Il-Ministru Mizzi ġie mistoqsi numru ta’ drabi biex jagħti l-ismijiet, u kellu anke talba biex jikkonferma jekk Karl Cini minn Nexia BT hux membru mill-Bord. Hu rrifjuta li jwieġeb.

Hu u jwieġeb lill-Membru Parlamentari Jason Azzopardi fil-Parlament, Mizzi qal li l-Bord hu magħmul minn persuni esperjenzati fi proġetti pubbliċi u fis-saħħa, appuntati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija.

Din l-insistenza li l-identità tal-kumitat tinżamm sigrieta hi l-aħħar mill-episodji fis-saga tal-Vitals Global Healthcare, għaliex informazzjoni relevanti ħarġet biss f’biċċiet permezz ta’ ġurnaliżmu investigattiv.

Ara l-artiklu kollu hawnhekk.