Il-bomba li qatlet mara fiż-Żejtun kienet imqabbda ma’ remote control bħal tal-logħob

Il-bomba li għamel Ronnie Azzopardi u li qatlet lil Angela Bondin fl-2005 kienet imqabbda ma’ apparat li jixbaħ remote control ta’ karozza tal-logħob. Fil-qorti dalgħodu ngħataw id-dettalji tal-bomba li tpoġġiet fi Trid il-Madonna tal-Ħniena iż-Żejtin, quddiem id-dar ta’ mara bl-isem ta’ Tessie Grima li sfat feruta meta splodiet il-bomba.

Kemm Bondin kif ukoll Grima ma kellhomx x’jaqsmu mal-intenzjoni tal-bomba. Infatti l-mira tal-attakk kienet il-mara ta’ ħu Ronnie Azzopardi u t-tfal tagħha. Dan minħabba ġlied relatat ma’ wirt.

Tessie Grima provat tneħħi borza li kien fiha l-bomba flimkien mal-mejta Angela Bondin. Dan għaliex iż-żewġ nisa ħasbu li kienet borża mimlija skart. Huwa kienu għadhom fit-triq meta l-bomba splodiet.

L-akkużat diġà qed iservi sentenza ta’ 20 sena ħabs wara li nstab ħati li prova joqtol lill-qattiel ta’ ħuh.