Il-bolol jibdew jinbiegħu online

Il-l-MaltaPost issa qiegħda tbigħ il-bolol għall-pustaġġ online ladarba n-nies huma mħeġġin biex ma joħorġux minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Il-bolol għall-pustaġġ lokali u internazzjonali jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit elettroniku tal-MaltaPost. Kulma jridu jagħmlu l-klijenti hu li jirreġistraw online, jagħżlu d-denominazzjoni u l-kwantità li għandhom bżonn u jħallsu online. Il-bolol huma disponibbli f’denominazzjonijiet differenti u jitwassla fl-indirizz tal-klijent mingħajr ħlas.

Il-MaltaPost fakkret lill-klijenti li r-rata għall-pustaġġ lokali sa 50 gramma hija dik ta’ €0.30. Permezz tal-online Postage Rate Calculator il-klijenti jistgħu jikkalkulaw ir-rati tal-pustaġġ meta jiġu biex jibagħtu ittra jew pakkett f’Malta jew f’barra minn Malta. Il-Postage Rate Calculator tinsab fil-Quick Links fuq is-sit elettroniku tal-MaltaPost jew tista’ tinstab direttament fuq maltapost.com/postagecalculator.

Il-Fergħat Postali jiftħu mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.30am u s-1pm, u l-pustiera qed jipproċessaw u jqassmu l-posta u l-pakketti kollha anki f’dawn iċ-ċirkustanzi diffiċli.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2596 1740 jew info@maltaphilately.com.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn