Il-Bolivja tiddikjara l-Iżrael stat terrorista

Il-Bolivja rrinunzjat għall-ftehim dwar il-viża mal-Iżrael fi protesta kontra l-attakki offensivi f’Gaża u ddikjarat l-Iżrael bħala stat terrorista.
Il-President Evo Morales ħabbar dan waqt laqgħa ma’ grupp ta’ edukaturi fil-Belt ta’ Cochabamba. Morales qal li l-attakki f’Gaża juru li “l-Iżrael ma jiggarantix l-prinċipji tar-rispett lejn il-ħajja u d-drittijiet li jiggvernaw fuq il-paċi tal-komunità internazzjonali." 
Dan it-trattat mal-Iżrael kien iħalli Iżraeljani jmorru fil-Bolivia mingħajr viża sa mill-1972.