Il-bniet jibqgħu aħjar mis-subien fl-eżamijiet

Fl-eżmijiet tal-MATSEC u tas-SEC, l-istudenti bniet jibqgħu aħjar mis-subien.
Statistika ppubblikata mill-MATSEC turi li fiż-żewġ settijiet tal-eżamijiet, dawk tal-Form 5, iġifieri dawk li jwasslu għas-Sixth Form (SEC) u dawk tal-Matrikola (MATSEC), l-istudenti bniet għandhom rata ta’ suċċess aqwa minn tas-subien.
Għall-eżamijiet tal-Form 5, il-bord tal-MATSEC qal li wara l-eżamijiet li saru s-sena l-oħra 49.4% ta’ dawk li kellho 16-il sena kisbu r-rekwiżiti ta' dħul meħtieġa għas-Sixth Form.
54.5% tal-bniet u 44.5% tas-subien ġabu dawn ir-riżultati.

Għall-eżamijiet f’livell Avvanzat u f’livell Intermedju, l-istudenti li kisbu ċ-ċertifikat tal-Matrikola b’suċċess kienu 29.8%.
Dan il-perċentawll huwa wieħed medju għax meta mqabbel bejn is-sessi, 23.9% tas-subien ġabu ċ-ċertifikat filwaqt li l-perċentwal tan-nisa kien 35.8%, differenza ta’ 11.9% favur il-bniet.​

Fir-rapport, il-MATSEC tgħid li dan huwa l-aħjar persentaġġ ta’ suċċess mill-istudenti fl-eżamijiet tas-SEC mill-2004 ‘l hawn.