“Il-bniet iġibu riżultati aħjar mis-subien iżda jitħallsu inqas”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li minkejja f’kull livell tal-eżamijiet, l-bniet iġibu riżultati aħjar mis-subien, għad fadalilna x’nagħmlu biex ikun hemm ugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-ugwaljanza, Bartolo li fi ftit snin oħra jibda jinħass l-effett tar-riżultati aħjar peress li jkollna iktar nisa f’pożizzjonijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet.