Il-bniedem għandu jibqa’ fil-kontroll tal-AI – MITLA

US Department of Defense

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Liġi dwar l-Informatika (MITLA) trid li l-bniedem jibqa’ fil-kontroll tal-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u li din it-teknoloġija sservi lill-bniedem.

L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Liġi dwar l-Informatika (MITLA) appellat lill-Gvern biex ma jċedix il-poter tal-informazzjoni lill-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u biex jassigura li l-informazzjoni tibqa’ titmexxa mill-bniedem.

Il-MITLA qalet dan f’reazzjoni għas-sejħa tal-Gvern għal konsultazzjoni pubblika dwar qafas etiku għall-AI. Il-MITLA qed tirrakomanda li jinżamm l-element li l-bniedem huwa fiċ-ċentru. Ipproponiet li jkun hemm switch li biha l-bniedem ikun jista’ jwaqqaf lill-AI f’każ li xi ħaġa tmur żmerċ.

Il-MITLA qed tirrakomanda li sistemi tal-AI ma jingħatawx personalità legali distinta biex ma jiġix imminat il-prinċipju fundamentali tal-bniedem fiċ-ċentru tal-AI. Hija favur l-introduzzjoni tad-drittijiet diġitali fil-kostituzzjoni.

Il-MITLA qalet li l-AI għandha tintuża’ f’ġieħ is-soċjetà. Qalet ukoll li għandu jkun hemm Uffiċjal tal-Etika dwar l-AI li jkollu rwol simili għal dak tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data.

Tista’ taqra l-proposti tal-MITLA minn hawn.