Il-BLD tistiednek taqsam magħha l-għodda tiegħek bħala professjonist

Il-Business Leaders Malta (BLD) se żżomm l-appuntament tagħha bil-laqgħa annwali tar-rebbiegħa. Dis-sena l-konferenza se tkun indirizzata speċifikament lill-professjonisti tar-Riżorsi Umani (HR).
Jekk għandek negozju, jew taħdem bħala Maniġer tar-Riżorsi Umani fi ħdan negozju, dil-konferenza tgħodd għalik, għax se tlaqqa’ flimkien speċjalisti minn industriji diversi f’Malta sabiex jitkellmu dwar l-għodod, ir-riżorsi u s-soluzzjonijiet għall-isfidi li jiltaqgħu magħhom il-professjonisti ta’ dal-qasam, kemm lokalment kif ukoll globalment.
Waqt il-konferenza se jieħdu sehem esperti tal-HR, fosthom Fabrizio Battaglia li se jitkellem fuq l-awtorità tal-HR fil-kamra tal-imsieħba, Alison Townson li se titkellem fuq il-preżenza tal-HR, u  Colin Lock li se jitkellem dwar kif min iħaddem jattira lil min iridu jaħdem miegħu.
Il-konferenza se ssir nhar is-16 ta’ Mejju, ir-Radisson Blu Hotel San Ġiljan, fit-8.30am.
Għal aktar informazzjoni, kif ukoll biex tibbukkja post, wieħed jista’ jżur is-sit tal-BLD.