Il-birra aħjar mill-inbid għas-saħħa

Riċerka ġdida turi li l-birra, għalkemm għolja fil-kaloriji, fiha wkoll il-proteini, il-vitamini B, minerali oħra u antiossidanti; fil-fatt il-birra fiha iktar minn dawn milli fih l-inbid.

Pinta birra fiha wkoll kimiċi li jistgħu inaqqsu r-riskju ta’ attakk tal-qalb.

L-esperti jwissu li minkejja dawn il-benefiċċji, kulħadd għandu joqgħod attent u ma jixrobx wisq u jillimita l-konsum għal pinta waħda kuljum.

Il-minerali li fiha l-birra jeżistu b’mod naturali fil-pjani, li huma ta’ ġid għas-saħħa tal-bniedem biex jiġġieled kontra l-mard.

Ir-riżultati tar-riċerka ġew ippublikati f’The American Journal of the Medical Sciences.