Il-BirdLife tikteb lill-Prim Ministru dwar ineżattezzi fuq kwoti għal kaċċaturi

BirdLife Malta kitbet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u ġibdet l-attenzjoni għal kliem li qal il il-Kap tal-Unit li jirregola l-għasafar fis-selvaġġ Sergei Goloykin.
BirdLife irreferiet għal dokumenti li nħarġu mill-Unit li jirregola l-għasafar fis-selvaġġ u qalet li l-ebda rapport minnhom ma juri li hemm bażi xjentifika li tiġġustifika il-qtil ta' 5,000 gamiema f'din ir-rebbiegħa.
BirdLife Malta se tkompli tikkontesta biex il-Unit jippreżenta l-argument xjetifiku favur il-kwota jekk dan jeżisti.
BirdLife Malta fakkret li bid-deċiżjoni tal-25 ta’ Frar, il-Kumitat Ornis irrakkomanda biss il-ftuħ ta’ staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, imma ma ddeċidiex fuq kwoti.
Birdlife Malta qalet li fl-ebda stadju ma kienet involuta fil-konsiderazzjoni ta' x'miżuri għandhom jittieħdu biex jiġu mfasslin l-kundizzjonijiet tal-istaġun tal-kaċċa, partikolarment il-kwota tal-gamiema.
Għall-kuntrarju ta' dan, tennet li l-konsultazzjoni saret biss mal-għaqdiet tal-kaċċaturi.
Tista' taqra l-ittra lill-Prim Ministru hawnhekk: