Il-Birdlife ssostni l-pożizzjoni tagħha quddiem it-tfal u l-Ministru

Il-President ta’ BirdLife Malta qal li l-approvazzjoni ta’ bini ta’ blokka appartamenti għolja sitt sulari mill-Awtorità tal-Ippjanar, tista’ tkun ta’ tfixkil f’dawn l-inħawi sensittivi.
Waqt żjara mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, fir-Riżerva Naturali tas-Simar flimkien ma’ grupp ta’ tfal mill-iskola primarja ta’ Ħal Għargħur, il-Birdlife spjegat kif din il-binja se tkun ta’ detriment għall-ambjent naturali fis-sit u għat-tgawdija tar-riżerva mill-eluf ta’ studenti żgħar li jżuruha kull sena.
F’din iż-żona, l-għoli tal-bini suppost ma jaqbiżx l-erba’ sulari, madanakollu l-bini ġie approvat għaliex b’għoli ta’ 22 metru, ma jaqbiżx l-qies standard ta’ erba’ sulari.
Il-Ministru, waqt iż-żjara tiegħu faħħar l-inizzjattiva ta’ BirdLife Malta, partikolarment fl-iskejjel u mat-tfal fir-reżervi tagħha.