“Il-Birdlife illegalment kienet fil-pussess ta’ għasfur protett” – L-FKNK

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (l-FKNK) qalet li l-Birdlife Malta reġgħet inqabdet li b'mod illegali kellha fil-pussess tagħha għasfur protett.
Dan qalitu wara li nhar il-Ħamis li għadda, il-Birdlife rrapurtat sejba ta’ għasfur protett li kien ferut b’xi tiri.
L-FKNK tispera li l-Birdlife tkun aktar korretta fil-futur sabiex jekk xi ħadd jinqabad li spara fuq għasfur protett, dan ikun jista’ jiġi nvestigat minnufih mill-forzi tal-ordni.
B’hekk, skont l-FKNK, ikun qed jiżdied iċ-ċans li jinqabad min ikun qed iwettaq l-illegalitajiet u kif ukoll l-għasfur ferut ikollu ċans jiġi salvat. 
L-FKNK qalet li trid tkun infurmata bl-iżviluppi tal-investigazzjoni mill-Pulizija.