Il-Bird Life ittella’ gruppi f’riżerva naturali fi Sqallija

Ix-xahar li għadda, Bird Life Malta kkollaborat ma’ żewġ għaqdiet Taljani sabiex organizzaw ġurnata fir-Riżerva Naturali ta’ Niscemi fi Sqallija.
Huma  tellgħu żewġ gruppi separati, fi ġranet differenti.
Din ir-riżerva hi mifruxa fuq medda art ta’ kważi 3,000 ettaru u hija fost l-aktar foresti popolari fin-naħa t’isfel ta’ Sqallija.
Il-parteċipanti għamlu trekking fil-foresta u kellhom iċ-ċans jaraw bosta siġar, fosthom tal-ballut, kif ukoll arbuxelli u għasafar li jbejtu fir-riżerva.