Il-Bipolar x’inhi eżatt? Kif għandna nieħdu ħsieb dawn il-persuni?

L-organizzazzjoni Maltija li ġġib l-isem Be Postitive Bipolar Self Help, qed torganizza laqgħa għal dawk kollha li jbagħtu b’din il-kundizzjoni, kif ukoll għal dawk li jieħdu ħsiebhom.
Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 9 ta’Frar, 2018, fil-Kappella Russa, Palazz ta’ San Anton, fis-6:30 ta’ filgħaxija.
Bil-permess ġentili u kortesija tal-Eċċ. Tagħha, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Fi kliem l-assoċċjazzjoni: “Nistednuk tiġi u ġġib miegħek xi ħadd li jista’ jgħinek. Ejja u Isma, m’intix waħdek”.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit www.bipolarmalta.org