Il-binja li kienet il-Paloma Hotel mhux se tingħalaq

Read in English.

Il-binja li hija magħrufa bħala l-Paloma Hotel mhux se tkun qed tingħalaq. Dan wara li l-Qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni.

L-Imħallef Francesco Depasquale innota li sid il-kera ma ġiex notifikat fi żmien raġjonevoli dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet. Il-Qorti sabet li minkejja li l-ilment sar fid-19 ta’ Awwissu, ir-rejd mill-awtoritajiet tas-saħħa u l-Pulizija sar fis-26 ta’ Awwissu. Sid il-kera ngħata notifika dwar dan dakinhar tar-rejd, f’11.40am.

Aqra: “Xena ta’ fantozzi” – avukat dwar ir-rejd fil-Paloma Hotel

Il-Qorti osservat li filwaqt li s-saħħa pubblika hija importanti, l-awtoritajiet ma ħassux li s-sitwazzjoni kienet urġenti biżżejjed biex jgħalqu l-post b’mod immedjat. Depasquale qal li azzjoni immedjata ssalva l-ħajjiet, iżda l-awtoritajiet ħadu ż-żmien biex ħadu azzjoni.

Aqra: Ritratti: Il-Pulizija żgassaw biex jidħlu; Il-Qorti twaqqaf tas-Saħħa Pubblika milli jissiġillaw il-Paloma Hotel

L-avukat Edward Gatt ilbieraħ ippreżenta rapport fil-Qorti li juri li sid il-kera, Christopher Drago beda xogħol ta’ manutenzjoni. Il-Qorti semgħet kif jekk il-binja tingħalaq bosta persuni se jispiċċaw bla dar.

L-avukat Ismael Psaila deher għal sid il-kera Christopher Drago li qed jidher il-Qorti f’isem is-sid tal-art, Bodishtianu Evgueni Ivanoch. L-avukat Dustin Camilleri qed jirrappreżenta lill-awtoritajiet tas-saħħa.

Aqra: Jinħarġu minn blokka appartamenti f’Buġibba madwar 80 immigrant

Aqra: “Immigranti trattati daqslikieku għamlu reat”