Il-bini tal-pont il-ġdid ta’ Ġenova mistenni jkun lest sa April 2020

FILE PHOTO: A rose is placed on railings near the collapsed Morandi Bridge in Genoa, Italy, February 9, 2019. REUTERS/Massimo Pinca/File Photo

Il-pont ta’ Ġenova mistenni jkun lest sa April 2020 minkejja d-dewmien fix-xogħol tat-twaqqigħ. Il-pont kien iġġarraf is-sena l-oħra u ħalla 43 persuna mejta.

AQRA: Biża’ mal-Ewropa dwar il-pontijiet wara t-tiġrif tal-pont f’Ġenova

It-twaqqigħ tal-pont Morandi beda fi Frar li għadda wara li l-pont iġġarraf f’Awwissu 2018. Il-Gvern Taljan poġġa l-kostruzzjoni tal-pont bħala prijorità u wiegħed li dan se jkun inawgurat sas-sena d-dieħla.

Il-Kummissarju Marco Bucci li huwa wkoll is-sindku ta’ Ġenova sostna li xogħol tat-twaqqigħ bdew madwar tliet ġimgħat tard iżda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-pont diġà beda. Huwa sostna li minkejja kollox ix-xogħol mixi skont il-pjan.

Il-perit magħruf Renzo Piano u li huwa mwieled f’Ġenova kien propona disinn għall-pont il-ġdid kif ukoll aċċetta li jissorvelja x-xogħlijiet.

Il-kuntratt tal-bini mill-ġdid ingħata lil Salini Impregilo u Fincantieri.