Il-bini qed jiġi qabel l-ippriservar tal-kultura? – PD

Read in English.

Il-Partit Demokratiku (PD) fi stqarrija saqsa għaliex l-għassiesa tal-kultura Maltija jidhru li qed jagħtu aktar importanza b’mod regolari l-kostruzzjoni milli l-wirt storiku. Huma stqarrew li s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali tat il-barka tagħha biex jiġu rrovinati l-fdalijiet arkeoloġiċi f’Santa Luċija li ġew skoperti waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq il-proġett tal-junction il-ġdida.

Riċentement ġew skoperti fdalijiet arkeoloġiċi li sa issa baqgħu eżistenti għal eluf ta’ snin. Il-PD qal li issa qed jitqiesu mhux importanti meta qed jitqabblu ma’ proġett ta’ infrastruttura li se jinżel biss fl-istorja bħala monument ieħor għall-karozzi. B’hekk dan ipoġġi fid-dubju x’inhuma l-prijoritajiet tas-Supretendent tal-Wirt Kulturali.