Il-bini f’żoni turistiċi se jibqa’ għaddej fis-sajf

Waqt li l-Awtorità tat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Ippjanar kienu qalu li mhux se jsir xogħol ta’ kostruzzjoni fis- sajf il Ministru tat Turizmu Konrad Mizzi  qal fil Parlament li l-bini f’żoni turistiċi jista’ jibqa’ għaddej fl-istaġun tas-sajf.
Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Whip tal-Partit Nazzjonalista David Agius f’isem id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienu qalu li ma jistgħux isiru xogħlijiet infrastrutturali f’żoni turistiċi minħabba l-istorbju u l-inkonvinjenzi li jinħolqu matul il-ħidma. 
Dr Mizzi qal li d-deċiżjoni meħuda kienet biss li matul is-sajf jieqaf it-twaqqiegħ u skavar ta’ bini f’żoni turistiċi.