Il-billboards politiċi fadlilhom ġimagħtejn żgur

Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta mandat ta’ inibizzjoni biex twaqqaf lit-Transport Malta u lill-Awtorità tal-Ippjanar, milli tneħħi l-billboards politiċi mit-toroq.  
Dan wara li skont avviż legali maħruġ fit-3 t’April, il-partiti politiċi jistgħu joħorġu l-billborads tliet xhur qabel elezzjoni.
Il-Mandat ta’ Inibizzjoni ntlaqa’ parzjalment mill-Qorti sakemm tittieħed deċiżjoni finali nhar il-25 ta’ April.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li l-Avviż Legali juri biċ-ċar li l-Gvern sar theddida għad-demokrazija, għalkemm insista li l-Partit Nazzjonalista mhux se jippermetti lil ħadd jipprova jagħlaqlu ħalqu.
Iktar kmieni kelliem għall-MEPA kien qal ma’ Newsbook.com.mt li mill-aħħar spezzjoni tal-MEPA rriżulta li madwar Malta u Għawdex hawn 187 billboard illegali. Madanakollu ma tinżammx statistika dwar kemm minnhom huma tal-partiti politiċi.