Il-billboards fit-toroq se joffru kenn lill-persuni bla djar

Ir-riklami fuq il-billboards se jibdew joffru kenn lin-nies li m’għandhomx saqaf fuq rashom.
L-għan tal-proġett il-ġdid “Project Gregory” hu li jgħaqqad flimkien lil dawk li għandhom il-flus biex jirriklamaw fuq il-billboards ma’ persuni li lanqas biss għandhom saqaf fuq rashom.
Dan se jkun possibbli billi jinbnew kmamar żgħar li jservu bħala djar u fuq waħda mill-faċċata tagħhom ikun hemm riklam kbir. B’hekk il-flus li jidħlu mill-kumpaniji li jridu jirriklamaw is-servizzi jew il-prodotti tagħhom, se jkunu qed ikorpru l-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-kerha tad-djar.
Dan il-proġett inħoloq fl-Islovakkja iżda l-organizzaturi sostnew li dan il-kunċett jista’ jiġi introdott kullimkien.