Il-biljunarju Donald Trump se jikkontesta għal President tal-Istati Uniti

Il-biljunarju Donald Trump għadu kif ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Istati Uniti fl-elezzjonijiet tal-2016.
Trump, li huwa Repubblikan, ilu jsemmi li jitħajjar jidħol fit-tellieqa għall-Presidenza Amerikana.
Huwa qal li lest għal din il-kariga biex l-Istati Uniti jerġa’ jikseb is-saħħa li kellu.
Insista li l-pajjiż jinsab f’inkwiet kbir u li s-saħħa finanzjarja tiegħu se tgħinu biex ikun President effettiv.