Il-Big Ben se jmur fuq btala twila

F’Londra llum waqa’ s-skiet hekk kif il-Big Ben daqq għall-aħħar darba.
It-tokki ta’ nofsinhar tal-lum indaqqu għall-aħħar darba qabel mal-qniepen tal-arloġġ waqfu biex titnieda ħidma ta’ restawr li mistennija ddum sas-sena 2021.
Madanakollu l-arloġġ xorta se jibqa’ jintuża għal okkażjonijiet speċjali bħal lejliet l-ewwel tas-sena.
Diversi nies, inkluż turisti, inġabru faċċata tal-Big Ben illum f’nofsinhar fejn daqq għall-aħħar darba fost iċ-ċapċip ta’ dawk miġbura.