Il-bidwi jibqa’ jaħdem b’telf, megħjun mill-fondi Ewropej

Matul is-sena li għaddiet, il-prodott agrikolu baqa’ jinħadem b’telf bl-ispejjeż ikomplu jogħlew bil-bdiewa jibqgħu jiddependu mis-sussidju Ewropej biex jagħmlu qliegħ.

Din l-istampa ngħatat minn statistika li ħareġ minn ċifri ppublikati mill-uffiċċju għall-Istatistika l-NSO.

Is-settur agrikolu kiber b’0.2 fil-mija s-sena li għaddiet fl-istess ħin l-ispejjeż żdiedu fi kważi 4 fil-mija.

Skont statistika mill-NSO, l-valur gross tas-settur agrikolu f’pajjiżna naqas fi 3.5 fil-mija għal total ta’ €57.3 miljun.

Dan kien ir-riżultat ta’ żieda fil-prodott tal-bdiewa b’ 0.2 fil-mija għal €122 miljun u żieda fl-ispejjeż tal-għalf, fjuwel u enerġija bi 3.8 fil-mija għal €64.8.

L-ispejjeż fuq pagi tal-ħaddiema żdiedu ukoll b’7.9 fil-mija għal €4.5 miljun. Madanakollu, s-settur agrikolu kien megħjun minn fondi tal-UE li jammontaw għal €25.4 miljun li għenu l-qliegħ mill-operat jiżdied b’31.4 fil-mija għal €71.4miljun.

Meta jitnaqqas minn dan is-sussidju l-qliegħ nett li rriżulta li f’telf ta’ €1.1 miljun fl-2018, l-bdiewa raw l-qliegħ fil-butt jiżdiedu b’ 31.4 fil-mija għal €71.4 miljun.