Il-bidliet li l-poplu jeħtieġ diskussi mill-Caritas Europa f’Malta

Rappreżentanti mill-Caritas ta’ 48 pajjiż differenti jinsabu Malta sabiex jiddiskutu mal-ogħla awtoritajiet metodi kif jistgħu flimkien jinfluwenzaw lill-awtoritajiet sabiex isiru l-bidliet li l-poplu Malti għandu bżonn sabiex jgħix aħjar.
Magħruf aktar bħala Caritas Europa, din id-delegazzjoni lbieraħ iltaqgħet ma’ Caritas Malta, mal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien ma’ rappreżentanti mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà.
Huma tkellmu dwar il-Mudell Soċjali Ewropew u kif dan jistaħ jiġi attwat effettivament skont erba’ kriterji ewlenin: is-suq tax-xogħol li ma jħalli ’l ħadd barra, il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, speċjalment ta’ nisa u tfal, il-benessri u s-sigurtà soċjali, u l-impatt tal-midja fuq dan kollu.
Il-Caritas, imsaħħa minn 49 organizzazzjoni membru, topera wkoll fis-46 pajjiż tal-UE, u bħala waħda mill-attivisti soċjali fl-Ewropa, tistinka biex tinfluwenza il-liġijiet u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri.
Iż-żjara tad-delegazzjoni tintemm għada.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri