‘Il-bibbja tal-futbol’ tippremja l-flokk il-ġdid ta’ Milan, Inter u Everton

Il-websajt Soccer Bible ppubblikat il-klassifika tal-aqwa 20 flokk tal-futbol għall-istaġun 2014/2015.
Mill-flokkijiet kollha fid-dinja, l-aktar wieħed li ntogħġob hu dak li t-tim tal-Milan se jkun liebes meta jilgħab barra minn daru. 
Id-disinn sempliċi, il-logo il-ġdid u xi karatteristiċi uniċi ppremmjaw lill-Milan għall-“klassi, l-eleganza u l-personalità”.
It-tieni l-isbaħ flokk hu dak tal-Inter għax intogħoġobu l-istrixxi l-ġodda u l-għonq bil-buttuna. 
Fit-tielet post hemm il-flokk tal-Everton, li ġie deskritt bħala “flokk klassiku Ingliż”.
Imbagħad hemm it-tielet flokk taċ-Chelsea, ta’ Roma, ta’ Borussia Dortmund, ta’ Arsenal, ta’ Juventus u tal-Inter meta mhxu se jilgħabu f’San Siro. 
L-għaxar l-aqwa flokk hu tal-iSpartak Mosca. 
Il-klassifika tal-aqwa 20 flokk tagħlaq bil-flokk tal-Atletico Madrid li se jilgħabu bih meta jkunu barra minn darhom.