Il-BFree tirbaħ żewġ midalji prestiġġjużi għal ikel bnin…issa Malta wkoll

Il-kumpanija ta’ ikel bnin BFree għadha kif rebħet żewġ midalji prestiġġjużi fil-konkors Free From Foods Awards li nżamm f’Londra.
Il-Bfree rebħet id-deheb fil-Kategorija tal-Ħobż bil-pitta bread tagħha, iżda l-aqwa unur wasal xħin ġiet ippremjata bl-ogħla unur tal-kompetizzjoni; it-trofew FAIR għall-Best Free From Foods 2016, magħruf aktar bħala Marble Mo.
Din il-kumpanija ta’ suċċess tipproduċi prodotti mingħajr glutina, li hija sustanza li twaħħal u tinstab fid-dqiq. Bosta nies huma intolleranti għal din is-sustanza.
Barra minn hekk, il-prodotti tal-BFree huma wkoll mingħajr qamħ, ħalib, ġwież jew soja. Dan ifisser li l-prodotti tagħha huma tajbin għal min hu vegan u allerġeniku.
Il-prodotti ta’ BFree huma wkoll prodotti bl-aqwa ingredjenti. Kollox għandu ammont imnaqqas ta’ xaħam u b’livell għoli ta’ fibra, tant bnina għall-ġisem. Ngħidu aħna l-Multigrain Wraps tagħhom għandhom biss 99 kalorija, l-inqas li ssib fis-suq.
Biex tkun taf minn fejn tista’ takkwista l-prodotti tal-BFree, ibgħat email hawnhekk.
Il-kumpanija hija rrappreżentata f’Malta minn J. Calleja Import & Export Ltd.